About Project

Pjattaforma Elettronika interattiva għall-iskejjel

Soluzzjonijiet għal diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim

Solution4SLD huwa proġett innovattiv bi sħubija strateġika li għandu l-għan li jadatta s-sistema edukattiva għal tfal b'diżabilitajiet speċifiċi fit-tagħlim. Il-proġett żviluppa gwida teoretika u pjattaforma ta’ tagħlim elettroniku li tipprovdi kontenut edukattiv diġitali għall-għalliema u attivitajiet interattivi għal tfal b’diżabilitajiet speċifiċi fit-tagħlim.

Diżabilitajiet speċifiċi fit-tagħlim

Prevalenza approssimattiva ta' diżabilitajiet fit-tagħlim

0 %

tal-popolazzjoni tbati minn diżabiltà fit-tagħlim

0 %

tal-popolazzjoni għandha indeboliment fil-qari

0 %

tal-popolazzjoni tesperjenza diffikultà fil-kitba

Il-Proġett Solution4SLD

Il-Proġett Solution4SLD qiegħed jitwettaq fil-Litwanja, f'Malta u fil-Bulgarija.

Fil-pajjiżi kollha tal-imsieħba tal-proġett, il-problema hi li mhux it-tfal kollha b'diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim huma inklużi b'mod sħiħ fl-edukazzjoni bbażata fuq is-sistema tradizzjonali. Wara stħarriġ ibbażat fuq intervisti ma' sħab assoċjati, irriżulta li ħafna mill-għalliema m'għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar id-diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim, id-diffikultajiet tagħhom fit-tagħlim, u metodi u tekniki ta' tagħlim effettivi. Hemm nuqqas ta' metodoloġiji affidabbli u għarfien dwar kif l-edukaturi jistgħu jedukaw tfal b'dawn id-diżabiltajiet.

L-għan ta' Solution4SLD hu li jiżviluppa pjattaforma elettronika ġdida ta' tagħlim, b'kontenut edukattiv diġitali maħluq għall-għalliema, u attivitajiet interattivi għal tfal b'diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim. Barra minn dan, matul il-proġett se jinħoloq manwal għall-għalliema u manwal fuq kif tintuża l-pjattaforma. Il-grupp immirat għal dan il-proġett huma studenti fl-iskejjel tal-primarja u s-sekondarja bejn it-Tieni Sena u s-Seba' Sena li għandhom diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim, għalliema li jgħallmu lil dawn it-tfal, u persunal pedagoġiku ieħor.

Riżultati kwalitattivi tal-proġett Solution4SLD – inħolqu żewġ outputs intellettwali:

1) Il-manwal diġitali għall-għalliema li jgħallmu lit-tfal b'diżabiltajiet speċifiċi fil-qari u fil-kitba. Il-proġett żviluppa gwida teoretika u metodoloġika għall-għalliema li hija bbażata fuq id-diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim. Din il-gwida sservi biex l-għalliema jsiru jafu fuq tfal b'diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim, biex jitgħallmu kif jagħrfu studenti li għandhom dawn id-diżabiltajiet u biex jgħinuhom isiru jaf kif jipprovduhom bl-appoġġ li hemm bżonn fit-tagħlim.

2) Pjattaforma elettroniku ta' tagħlim għall-għalliema u studenti: inħolqu 72 mudell u worksheet bi 18-il attività interattiva integrati. Matul l-eżerċizzji jiġu żviluppati ħiliet fil-qari, konjittivi, u lingwistiċi. Dawn il-worksheets u mudelli huma maħsuba għal tfal li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim, speċjalment għal dawk li għandhom diżabilitajiet speċifiċi fit-tagħlim.

Dan il-proġett ġie ffinanzjat bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni tirrifletti l-opinjonijiet tal-awtur biss, u l-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li tinsab fiha. Proġett Nru. 2021-1-LT01-KA220-SCH-000029399.

Imsieħba

Iċ-Ċentru għall-pekuljaretajiet fit-tagħlim Labirintas

Labirintas huwa ċentru ta' pekuljaretajiet fit-tagħlim li jgħin lill-istudenti u lill-ġenituri tagħhom biex jiffaċċjaw diffikultajiet u sfidi fit-tagħlim, bħad-dislessija...

In-Netwerk tal-Innovazzjoni

In-Netwerk tal-Innovazzjoni tal-Intrapriża Pubblika hija organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi, tappoġġja, u tiżviluppa attivitajiet u proġetti soċjali, kulturali u edukattivi...

AcrossLimits

AcrossLimits hija Intrapriża Żgħira u Medja Maltija bi storja twila ta’ suċċessi, kemm fuq l-istadju nazzjonali kif ukoll dak Ewropew, b’parteċipazzjoni f’aktar minn 80 proġett...

L-Istitut għall-Inizjattivi u l-Innovazzjonijiet taż-Żgħażagħ

L-Istitut għall-Inizjattivi u l-Innovazzjonijiet taż-Żgħażagħ (IYII) huwa organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, stabbilita bħala persuna ġuridika fl-2014...

Ara l-attivitajiet għall-oqsma differenti ta' żvilupp

L-attivitajiet jistgħu jiġu aċċessati online jew jitniżżlu