Imsieħba

Imsieħba

Iċ-Ċentru għall-pekuljaretajiet fit-tagħlim, Labirintas, il-Litwanja

Labirintas huwa ċentru ta' pekuljaretajiet fit-tagħlim li jgħin lit-tfal u lill-ġenituri tagħhom biex jiffaċċjaw diffikultajiet u sfidi fit-tagħlim, bħad-dislessija, disgrafija u diskalkulja, li, jekk ma jiġux indirizzati, jikkawżaw problemi għall-istudenti fuq il-livell akkademiku u emozzjonali, kif ukoll fejn tidħol l-imġiba, l-istima tagħhom infushom, u l-istat soċjali tagħhom. Iċ-ċentru joħloq u jintegra taħriġ kumpless ibbażat fuq ir-riċerka, u jassigura li t-tfal b'diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim ma jkollhomx konsegwenzi fit-tul psikoloġiċi u fit-tagħlim. Wieħed mill-miri ta' Labirintas hu li jżid l-għarfien dwar id-Dislessija u diżabiltajiet oħrajn speċifiċi fit-tagħlim. Labirintas jemmen f'soċjetà fejn kull tifel u tifla jistgħu jfittxu edukazzjoni terzjarja, karriera, u ħajja sħiħa.

In-Netwerk tal-Innovazzjoni, il-Litwanja​

In-Netwerk tal-Innovazzjoni tal-Intrapriża pubblika hija organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi, tappoġġja, u tiżviluppa attivitajiet u proġetti soċjali, kulturali u edukattivi, u torganizza avvenimenti relatati (workshops, diskussjonijiet, laqgħat). L-organizzazzjoni timplimenta inizjattivi li jorbtu l-edukazzjoni man-negozju sabiex jappoġġjaw l-innovazzjonijiet. In-Netwerk tal-Innovazzjoni tikkoopera kontinwament ma' intrapriżi li jimplimentaw innovazzjonijiet, jiżviluppaw sistemi edukattivi innovattivi, u jaqsmu l-esperjenza tagħhom. In-Netwerk tikkollabora wkoll b'mod attiv ma' organizzjonijiet governattivi lokali (ċentri edukattivi, istituzzjonijiet edukattivi, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xjenza u l-Aġenzija tal-Innovazzjoni), muniċipalitajiet, u assoċjazzjonijiet tan-negozji. In-Netwerk tipprovdi informazzjoni u pariri lill-organizzazzjonijiet edukattivi fil-Litwanja u barra mill-Litwanja fuq l-iżvilupp ta' proġetti dwar l-innovazzjoni, żvilupp tal-proprjetà intellettwali, u kontenut. Tiżviluppa wkoll programmi għall-iżvilupp tal-kwalifiki tal-għalliema.

AcrossLimits, Malta​

AcrossLimits hija Intrapriża Żgħira u Medja Maltija bi storja twila ta' suċċessi, kemm fuq l-istdju nazzjonali kif ukoll dak Ewropew, b'parteċipazzjoni f'aktar minn 80 proġett iffinzjati mill-UE tul it-22 sena tagħha. Matul is-snin, il-kumpanija bniet sett vast ta' ħiliet fis-setturi tal-Edukazzjoni, Saħħa, Intraprenditorija, Pjattaformi Diġitali u Disseminazzjoni. In-negozju ewlieni tagħha huwa ffukat fuq l-oqsma ta' soluzzjoniet ibbażati fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) għall-finijiet tan-negozju u soċjali. L-istqarrija tal-missjoni tal-kumpanija hija: "L-innovazzjoni biex jissolvew l-isfidi ta' għada". AcrossLimits tinteressa ruħha fl-apprendiment elettroniku u ipparteċipaw f'diversi proġetti tal-UE u korsijiet ta' taħriġ li inkorporaw jew kienu bbażati fuq l-apprendiment elettroniku. AcrossLimits żviluppat diversi minn dawn il-pjattaformi għall udjenzi fil-mira differenti, li jkopru edukaturi, studenti, nies tan-negozju, professjonisti, artisti, persuni żvantaġġjati u iktar. AcrossLimits toffri wkoll taħriġ, konsulenza dwar sostenibiltà, ġestjoni ta' proġetti, disseminazzjoni, appoġġ fil-kitba ta' proposti għall-proġetti, u assistenza biex wieħed jieħu r-riżultati tar-riċerka fis-suq.

L-Istitut għall-Inizjattivi u l-Innovazzjonijiet taż-Żgħażagħ, il-Bulgarija

L-Istitut għall-Inizjattivi u l-Innovazzjonijiet taż-Żgħażagħ (IYII) hija assoċjazzjoni bla skop ta' qligħ li ġiet stabbilita bħala persuna ġuridika fl-2014. L-Istitut iwettaq inizjattivi għaż-żgħażagħ bl-għan li jimplimenta prattiki tajba f'kull sfera tal-ħajja pubblika u tal-attivitatjiet fil-qasam tal-impjieg taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni mhux formali, id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni, l-isport u l-kultura, u l-ħarsien tal-ambjent u tal-istorja. L-istitut jaħdem biex isolvi l-problemi tat-tfal u taż-żgħażagħ, il-ħarsien tad-drittijiet umani u l-interessi soċjali tagħhom. L-isforzi huma mmirati li jappoġġjaw l-espressjoni personali taż-żgħażagħ, u l-iżvilupp soċjali u professjonali futur tagħhom. L-Istitut għandu tim b'għarfien prattiku sinifikanti tal-problemi tal-edukazzjoni fl-iskola u l-università, l-integrazzjoni soċjali, id-diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim tat-tfal, kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-ħiliet għall-impjieg taż-żgħażagħ.

Ara l-attivitajiet għall-oqsma differenti ta' żvilupp

L-attivitajiet jistgħu jiġu aċċessati online jew jitniżżlu