Pjattaforma elettronika
interattiva
għall-iskejjel
Soluzzjonijiet għal diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim

Solution4SLD
Manwal Diġitali għall-Għalliema
Għarfien Fonoloġiku
L-Attivitajiet tal-Għarfien Fonoloġiku jiżviluppaw il-ħiliet tal-istudenti fl-għarfien u d-distinzjoni tal-unitajiet lingwistiċi (fonemi, grafemi, sillabi, sentenzi), fit-tkissir tal-kliem f'sillabi, fl-analiżi tal-kliem b'mod fonetiku, fil-manipulazzjoni tal-ħsejjes, u fl-assoċjazzjoni tal-ħsejjes mal-ittri.
Il-Ħiliet tal-Grammatika
L-Attivitajiet tal-Ħiliet tal-Grammatika jiżviluppaw il-ħiliet tal-istudenti fit-tqabbil tat-truf tal-kliem, fid-distinzjoni bejn il-partijiet tad-diskors fil-kumbinazzjonijiet tal-kliem, sentenzi, u test, fil-formazzjoni u d-distinzjoni tal-forom grammatikali tagħhom, fil-konsolidazzjoni ta' każijiet ta' ortografija li jirrikjedu memorizzazzjoni u fl-applikazzjoni ta' strateġiji ta' kitba mill-ġdid.
Il-Perċezzjoni Viżwali
L-Attivitajiet tal-Perċezzjoni Viżwali jgħinu lill-istudenti biex jikkonsolidaw ir-rappreżentazzjoni grafika tal-ittri, tas-sekwenza tal-ittri fl-alfabett, u l-pożizzjoni tagħhom fil-kliem, test, u spazju. Dawn l-attivitajiet jiżviluppaw il-ħiliet tat-tfal li jinnotaw is-similaritajiet u d-differenzi bejn l-ittri u li jibnu rappreżentazzjoni grafika.
Il-Lingwa Koerenti
L-Attivitajiet tal-Lingwa Koerenti jiżviluppaw il-ħiliet tal-istudenti fil-formazzjoni ta' sentenzi grammatikalment korretti u kompluti, fl-espanzjoni tas-sentenzi u fl-ippjanar ta' test. Dawn l-attivitajiet jgħinu lill-istudenti biex jiktbu testijiet deskrittivi, narrattivi u argumentattivi, ibbażati fuq il-pjan u l-frażijiet użati għall-introduzzjoni, għall-korp, u għall-konklużjoni, u biex jużaw in-noti tal-kontroll tal-ortografija biex jiċċekkjaw għall-iżbalji fl-ortografija.
It-Teknika tal-Qari
L-Attivitajiet tat-Teknika tal-Qari jiżviluppaw l-abbiltajiet tal-istudenti li jaqraw is-sillabi, il-kliem, is-sentenzi, u t-testijiet korrettament u li japplikaw in-noti ta' qabel il-qari.
Il-Fehim mit-Test
L-Attivitajiet tal-Fehim mit-Test jiżviluppaw l-abbiltà tal-istudenti li jiddistingwu t-tifsira ta' kliem li jitlissen u jinkiteb b'mod simili. Dawn l-attivitajiet jgħinu biex wieħed jifhem it-tifsiriet tal-kliem u tat-test li jaqraw l-istudenti, biex wieħed jiftakar is-sekwenza tal-ġrajjiet, u biex wieħed jinterpreta l-informazzjoni mogħtija.
Din it-taqsima tippreżenta informazzjoni fuq karatteristiċi, sintomi, livelli ta' severità, u tipi ta' diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim. Barra minn hekk, il-kapitlu jipprovdi introduzzjoni dettaljata għad-dislessija u d-disgrafija.
Din it-taqsima toffri ħarsa aktar mill-qrib lejn id-diffikultajiet li jiffaċċjaw tfal b'diżabiltajiet fil-qari u fil-kitba. Il-kapitlu jipprovdi informazzjoni fuq l-isfidi li jesperjenzaw tfal fis-snin ta' qabel l-iskola u studenti bejn 6 u 12-il sena (Mit-tieni sena tal-primarja sat-tieni Sena tas-sekondarja).

Din it-taqsima toffri ħarsa aktar mill-qrib lejn il-qawwiet ta' tfal b'diżabiltajiet fil-qari u fil-kitba. Il-kapitlu jenfasizza l-aspetti pożittivi tad-diffikultajiet fil-qari u fil-kitba u jiddeskrivi l-ħiliet li jagħmlu lit-tfal b'dawn id-diffikultajiet uniċi.
Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni fuq rikonoxximent ta' diżabiltajiet fil-qari u fil-kitba u skemi edukattivi ta' appoġġ fil-pajjiżi msieħba. Il-kapitlu jippreżenta r-rikonoxximent u sistemi ta' appoġġ għad-diżabiltajiet fit-tagħlim fil-Litwanja, f'Malta, u fil-Bulgarija.
Dan il-kapitlu jiffoka fuq id-dislessija u d-disgrafija u jipprovdi approċċi prattiċi li jistgħu jaddottaw l-edukaturi u t-tfal tal-klassi biex jinvolvu b'mod aħjar lit-tfal b'diżabiltajiet fil-qari u fil-kitba.
Hawnhekk issib vidjows bi stejjer ta' suċċess. L-eroj tal-istejjer - tfal u adulti b'diffikultajiet fil-qari u fil-kitba, kif ukoll il-qraba u l-għalliema tagħhom - jaqsmu l-esperjenzi u l-modi tagħhom ta' kif ikampaw biex jispiraw oħrajn li qed jiffaċċjaw dawn l-isfidi.
Ara l-attivitajiet għall-oqsma differenti ta' żvilupp
L-attivitajiet jistgħu jiġu aċċessati online jew jitniżżlu

Pjattaforma Elettronika interattiva għall-iskejjel
Soluzzjonijiet għal diżabiltajiet speċifiċi fit-tagħlim